Donald Trump qed jhedded li pajjiżi li qedgħin jopponu li l-Amerika ta’ Fuq tkun ir-reġjun ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2026, jistgħu jitilfu l-appoġġ politiku tal-Istati Uniti.
Quddiem il-FIFA bħalissa hemm l-offerta tal-Marokk u offerta konġunta bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku. Il-President Trump ta’ l-appoġġ tiegħu lejn l-offerta bejn it-tliet pajjiżi kostitwenti tal-Amerika ta’ Fuq bid-deċiżjoni tal-FIFA mistennija jum qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.
The U.S. has put together a STRONG bid w/ Canada & Mexico for the 2026 World Cup. It would be a shame if countries that we always support were to lobby against the U.S. bid. Why should we be supporting these countries when they don’t support us (including at the United Nations)?
— Donald J. Trump (@realDonaldTrump) April 26, 2018
Fi tweet Trump qal l-Amerika u l-pajjiżi l-oħra għamlu biċċa xogħol tajba u li tkun ħasra li pajjiżi li dejjem sabu l-appoġġ tal-Amerika jopponu l-offerta Amerikana. Staqsa wkoll għalfejn l-Istati Uniti għanda tagħti l-appoġġ lejn dawn il-pajjiżi meta lanqas fil-Ġnus Maqgħuda ma jissaportjaw lill-Istati Uniti.
Dawn il-kummenti ta’ Trump jistgħu possibilment jiksru regoli tal-FIFA rigward intħil politiku fil-proċess ta’ għażla ta’ pajjiż ospitu tat-Tazza tad-Dinja.