Kadavru jdum 14-il siegħa fi stazzjon tal-ferrovija wara li ħasbuh ta' volpi | One News

Notifiki

Kadavru jdum 14-il siegħa fi stazzjon tal-ferrovija wara li ħasbuh ta’ volpi

Fi stazzjon tal-ferrovija fl-Londra, kadavru ta’ raġel ta’ 47 sena minn Maidstone dam 14-il siegħa wara li ħasbu li kien kadavru ta’ volpi.   

Il-każ ġara fit-28 ta’ Diċembru li għadda, meta l-ferrovija waqfet biex tara x’ġara iżda meta marru biex jinvestigaw ħasbu li kien kadavru ta’ volpi u s-servizz kompla normali.

L-għada imbagħad fis-1:42 ta’ filgħodu, il-puliżija marru fuq il-post u ddikkjaraw li l-kadavru kien ta’ raġel. Ir-raġel minn Maidstone kien iddikkjarat mejjet fuq il-post.

F’din il-parti tal-istazzjon jgħaddu madwar 26 ferrovija kull siegħa, li jammontaw iktar minn 300 ferovija f’dawk l-14-il siegħa li l-kadavru dam fuq il-post.

Bejn l-2016 u 2017, kien hemm 15-il attentat ta’ suwiċidju fi stazzjonijiet tal-ferrovija f’Londra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend