Imħabbra l-finalisti għall-MFA Awards | One News

Notifiki

Imħabbra l-finalisti għall-MFA Awards

Hekk kif il-kampjonati Maltin tal-football intemmu u jonqos biss il-playoffs u kif ukoll l-aħħar logħob tal-FA Trophy, l-MFA ħabbret il-finalisti għall-MFA Awards ta’ dis-sena.

Is-serata se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, bil-finalisti se jkunu maqsuma fi ħdax-il kategorija.

Għall-iktar premju prestiġġjuż, iġifieri dak tal-Footballer tas-Sena, hemm nominati Andrew Cohen ta’ Gżira United, Paul fenech ta’ Balzan, Jake Grech ta’ Birkirkara, Steve Pisani ta’ Floriana u Andre Schembri ta’ Apollon Limassol.

Dan filwaqt li għal Kowċ tas-Sena hemm nominati Darren Abdilla ta’ Gżira United, John Buttigieg ta’ Sliema Wanderers u marko Micovic ta’ Balzan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend