Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern kien kważi wieħed u sittin miljun ewro.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan juri żieda ta’ tmienja u erbgħin miljun ewro meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.
L-NSO qal li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Marzu li għadda, id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi tmien mija u erba’ u sebgħin miljun ewro għal kważi disa’ mija u ħmistax-il miljun.
Min-naħa l-oħra, in-nefqa tal-Gvern żdiedet minn tmien mija u sitta u tmenin miljun għal kważi disa’ mija u sitta u ħamsin miljun. Dan minħabba żieda fin-nefqa rikurrenti u kapitali fost oħrajn.
Iċ-ċifri juru wkoll li d-dejn tal-Gvern f’Marzu kien kważi ta’ 5,460 miljun ewro, jiġifieri kważi €165 miljun ewro anqas minn kemm kien f’Marzu tas-sena l-oħra.