Il-personalita’ Amerikana Bill Cosby qed jaffaċja l-possibilita’ li jqatta l-bqija ta’ ħajtu l-ħabs wara li nstab ħati li kkorrompa mara.
Cosby, li għandu tmenin sena, instab ħati li aggredixxa sesswalment lil Andrea Constand fid-dar tagħha ġo Philadelphia fl-2004.
Il-verdett ingħata wara ġuri li dam ġimgħatejn fejn fih ħames nisa oħra qalu lill-Qorti li huma sfaw vittmi wkoll ta’ Cosby. B’kollox madwar 60 mara għamlu xi tip ta’ allegazzjoni kontra Cosby.
Cosby instab ħati ta’ tliet akkużi ta’ attentat vjolenti fuq il-pudur u jista jeħel għaxar snin ħabs fuq kull akkuża. Għalissa ingħata l-libertà proviżorja sakemm tinqatà s-sentenza.