Illejla fil-Parlament reġa kien ikkonfermat li mhux biss il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia huwa maqsum, iżda fil-maġġoranza tiegħu kien kontra liġi li tipproteġi l-vittmi tal-vjolenza domestika, pjaga u realtà li teżisti fis-soċjetà tagħna. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Minkejja li l-Oppożizzjoni, fit-tieni qari tal-istess liġi kienet favur, illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ free vote marbut. Skont hu marbut mal-kuxjenza biex id-Deputati jiddeċiedu fuq ligi li tagħti aktar protezzjoni lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Il-mistoqsija hi: xi ħadd b’kuxjenza jista’ jivvota kontra l-liġi tal-vjolenza domestika?
Agħar minn hekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni ta l-agħar eżempju meta vvota kontra din il-liġi u qal li se jkun qed idawwarha fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern Nazzjonalista kemm il-darba jkun fdat mill-poplu.
Dan kollu huwa atteġġjament ta’ min jistmerru l-aktar meta wieħed jiftakar li qed nitkellmu fuq umani li għaddejjin minn problemi fil-ħajja tagħhom, iżda agħar minn hekk l-arroganza ta’
Delia waslet ukoll sal-punt li minkejja li m’għaddietx tiegħu u ma’ ta’ dawk li vvotaw kontra, se jkun qed ineħħi din il-liġi jekk jingħata ċ-ċans.
Il-vot tal-llejla mhux biss ikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista huwa maqsum fejn fost oħrajn ’Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Therese Commodini Cachia, Mario De Marco u Karol Aquilina jivvutaw kontra dak li għamel il-Kap Nazzjonalista Delia, iżda kkonferma kemm għal Delia l-aktar ħaġa importanti għalih kienet li jivvota kontra liġi li ressaq dan il-Gvern u ma ġabx l-interessi tan-nies temm jgħid il-Partit Laburista.