Mhux eskluż li jiġi tterminat il-kuntratt tal-kowċ Malti – One News

Notifiki

Mhux eskluż li jiġi tterminat il-kuntratt tal-kowċ Malti

ONE Sport jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu intemmet laqgħa importanti bejn l-għola uffiċjali tal-MFA u l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfeit.

Din il-laqgħa issejħet wara li isem Saintfeit tfaċċa f’lista ta’ 77 persuna li applikkaw sabiex xi ħadd minnhom jkun magħżul kowċ tat-tim nazzjonali tal-Kamerun, lista li ġiet ippublikata mis-sit BBC.

Minn informazzjoni li għanda din l-paġna, l-MFA ma ħadet xejn pjaċir bl-imġieba tal-kowċ dan wara li ilu fil-kariga ftit xhur u s’issa t-tim Malti ma kiseb l-ebda riżultat pożittiv.

ONE Sport jifhem li fil-ħin li ġej l-MFA ser tkun qed toħroġ strqarrija uffiċjali fejn mhux eskluż li jiġi itterminat l-kuntratt tal-kowċ Belgjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend