Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-football Tom Saintfiet tneħħa b’effett immedjat wara sitt xhur biss f’dil-kariga.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li uffiċċjali tal-MFA iltaqgħu miegħu biex jiddiskutu dak li seħħ fl-aħħar sigħat.
Dan hekk kif dehru rapporti fil-midja li Saintfiet kien wieħed minn sebgħa u sebgħin applikant biex imexxi t-tim nazzjonali tal-Kamerun.
Fi stqarrija tal-MFA intqal li wara li kienet analizzata s-sitwazzjoni, ittieħdet deċiżjoni li Saintfiet jitneħħa mill-irwol tiegħu.