Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti japplikka biex imexxi lit-tim nazzjonali tal-Kamerun – One News

Notifiki

Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti japplikka biex imexxi lit-tim nazzjonali tal-Kamerun

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfeit huwa wieħed minn fost is-77 applikant li wrew interess fit-tmexxija tat-tim nazzjonali tal-Kamerun, tant li applikka biex jkun hu li jmexxi lil dan it-tim.

Dan ġie żvelat mis-sit brittaniku BBC, ilbieraħ filgħaxija.

Fost il-persuni ta’ fama mondjali li ukoll urew interess u saħansitra applikkaw għal pożizzjoni ta’ kowċ fi ħdan it-tim nazzjonali tal-Kamerun insibu lill-ex kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Raymond Domenech, l-ex plejer internazzjonali Ġermaniż Lothar Mattaus, l-ex kowċ ta’ Real Madrid Carlos Queiroz kif ukoll l-ex plejer ta’ Liverpool John Toshack.

Saintfeit ħa f’idu t-tim nazzjonali Malti f’Ottubru li għadda filwaqt li Hugo Broos spiċċa minn kowċ tat-tim nazzjonali tal-Kamerun f’Diċembru li għadda.

Dan iffisser li Saintfeit applikka biex immexxi lit-tim nazzjonali tal-Kamerun waqt li kien taħt kuntratt mal-MFA u ftit aktar minn xaharejn wara li ġie afdat bit-tim nazzjonali Malti.

Nifhmu li fis-sigħat li ġejjin l-MFA mistennija titlob spjega minghand l-kowċ Belġjan dwar din l-storja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend