Hi ta’ 64 sena u hu ta’ 39 sena – iżda miżżewġin kuntenti – One News

Notifiki

Hi ta’ 64 sena u hu ta’ 39 sena – iżda miżżewġin kuntenti

Kif jgħidu għall-imħabba ma hemmx età u hekk hu l-każ tal-President Franċiż Emmanuel Macron li żżewweġ lil Bridgette b’25 sena differenza bejniethom.

Birdgette kienet tgħallem id-drama fl-iskola li kien jattendi Emmanuel Macron u mhux magħruf eżatt meta bdiet ir-relazzjoni ta’ bejniethom.

Il-koppja żżewġet fl-2007, sena wara li Bridgette iddivorzjat lill-bankier Andre Louis Auziere.

Hemm min jirraġuna li trid iż-żmien biex tiżżewweġ persuna speċjalment meta tkun għadek ħiereġ minn relazzjoni oħra jew li inkella trid tkun viċin fl-età mal-persuna li tħobb biex relazzjoni tirnexxi…imma kif turi din il-koppja, fejn hemm l-imħabba, iż-żmien ma jgħoddx.

Il-President Emmanuel Macron huwa wieħed mill-iżjed Presidenti Franċiżi popolari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend