Raġel ta' 41 sena jindaraba gravi f'sit ta' kostruzzjoni f'Birkirkara | One News

Notifiki

Raġel ta’ 41 sena jindaraba gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara

Raġel ta’ 41 sena, li jirrisjedi Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar sular, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit imsemmi. Ir-raġel huwa ta’ nazzjonalità Libjana.

Dan ġara għall-ħabta tas-6.45am fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Notabile, Birkirkara.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend