Ghalfejn il-Prinċipessa Charlotte ser tinzel fl-istorja? – One News

Notifiki

Ghalfejn il-Prinċipessa Charlotte ser tinzel fl-istorja?

Il-Prinċipessa Charlotte, li għadha qas għalqet tliet snin, diġa qiegħda tagħmel l-istorja.

Għalkemm ommha, id-Dukessa ta’ Cambridge, welldet iben ieħor fil-jum tat-Tnejn, il-pożizzjoni ta’ Charlotte fil-linja tas-suċċessjoni tal-kuruna Ingliża mhix se tinbidel abbażi tal-ġeneru tagħha. Dan se jagħmilha l-ewwel prinċipessa li mhix se tinqabeż minn ħuha.

Dan seħħ peress tal-Att dwar is-Suċċessjoni tal-Kuruna li kien għadda mill-Parlament Ingliż fl-2013, li bidel it-tradizzjoni u li issa jsostni li kull wild rjali li twieled wara Ottubru tal-2011 ma jingħatax id-dritt ta’ preċedenza lilhom jew lid-dixxendenti tagħhom abbażi ta’ ġeneru.

Qabel m’għaddiet din il-liġi, aħwa feminili kienu jinqabżu min ħuthom maskili fl-ordni tas-suċċessjoni. Kieku din il-liġi għadha fis-seħħ, kienet tniżżel lil Princess Charlotte taħt ħuha ż-żgħir li twieled warajha.

Din it-tibdila kienet daħlet fis-seħħ fl-2015, bil-wild imwieled fil-jum tat-tnejn l-ewwel wild tal-familja rjali li ġie affettwat direttament b’dan it-tibdil.

Il-Prinċep Charles huwa l-eredi għat-tron, bid-Duka ta’ Cambridge il-Prinċep William warajh. It-tfal ta’ William, jiġifieri l-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u t-tarbija l-ġdida isegwu.

Fejn spiċċa l-Prinċep Harry, li se jiżżewweġ ix-xahar id-dieħel? Harry waqa’ fis-sitt post, wara t-tfal ta’ William.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend