Dik li ssejjaħ lil nnifisha bħal network tas-soċjetà ċivili qed titlob lill-pulizija biex jinvestiga persuni li kkritikaw fil-miftuħ lil partitarji nazzjonalisti li l-ġimgħa l-oħra marru jgħajru lill-Prim Ministru u lil martu ġewwa Londra.
Fi stqarrija, dan in-network qal li dawn l-attivisti qed jiġu attakkati u intimidati fuq il-midja soċjali minn dawk li skonthom huma partitarji Laburisti. Qal li dawn qed ixerrdu l-identitajiet tal-attivisti u informazzjoni falza dwarhom. Qalu din mhi xejn ħlief witch hunt ta’ żminijietna.
Kien hawn li talab lill-pulizija biex tinvestigahom minnufih waqt li talab lill-PL biex ikeċċi li dawn il-partitarji. Qalu li jekk ma jagħmilx kif qed jgħidu huma, ikun kompliċi mal-liġi tal-marmalja u tal-mibegħda.