Ċifri uffiċjali tal-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet Malta rreġistrat l-akbar surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Stqarrija tal-Eurostat juru li Malta kellha surplus ta’ 3.9 fil-mija segwita minn Ċipru b’1.8 fil-mija u r-Repubblika Ċeka b’1.6 fil-mija meta mqabbel mal-Prodott Domesiku Gross.
Fi stqarrija separata, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li matul is-sena li għaddiet, il-Gvern kellu surplus fil-kaxxa ta’ Malta aktar minn €436 miljun ewro jew 3.9 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Dan is-suruplus kien ifisser ukoll żieda ta’ €335.7 miljun ewro meta mqabbel mal-2016. L-istatistika turi wkoll li meta mqabbel mal-2016, id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi €617-il miljun ewro waqt li n-nefqa żdiedet bi kważi mitejn u sitta u sebgħin miljun ewro.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li d-dejn tal-Gvern naqas bi kważi sitta u tmenin miljun ewro biex issa d-dejn tal-pajjiż naqas għal 50.8 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross
B’reazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ċ-ċifri uffiċjali juru li f’erba’ snin il-Gvern ħassar id-dejn kollu li sar minn tliet amministrazzjonijiet preċedenti.
Official data for 2017 confirms that in just 4 years we reversed the entire increase in Public Debt burden made by the previous 3 administrations. Public Debt now stands at 50.8% of GDP, well within Maastricht criteria -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) April 23, 2018