Andre Agius ta’ wieħed u erbgħin sena mir-Rabat ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li l-Ħadd ipprova jdaħħal f’Malta aktar minn tliet kili u nofs droga bil-katamaran.
Aguis li hu missier ta’ tlett itfal u għandu negozju kien arrestat mill-pulizija s-Sibt li għadda hekk kif kien niżel minn fuq il-katamaran li kien għadu kif wasal minn Sqallija.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-Ispettur tal-Pulziija Fran Anthgony Tabone u Jonathan Cassar qalu li d-droga nstabet waqt tfittixja li saret għall-għarrieda fil-karozza tal-akkużat. Dan wara li wieħed mill-klieb tal-pulizija xamm id-droga f’kompartament tal-vettura. Fil-fatt fit-tfittxija nstabu żewġ kili kokaina, kilo kannabis u nofs kilo resina tal-kannabis f’qiegħ falz imwaħħal mal-karozza.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba l-ammont kbir ta’ droga li nstabet u għax misser l-akkużat jinsab ukoll arrestat.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba r-reati gravi li jinsab mixli bihom u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Qalet li mhix sodisfatta li l-akkużat jimxi mal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u jista’ jbagħbas l-evidenza.