Qorti Belġjana sabet lil Salah Abdeslam ħati, l-uniku suspettat li salva mill-attakki terroristiċi f’Pariġi fl-elfejn u ħmistax, wara ġlieda bl-armi li wasslet għall-arrest tiegħu.
Abdeslam, ta’ tmienja u għoxrin sena nstab ħati ta’ akkużi relatati mat-terroriżmu f’attentati ta’ qtil.
Abdeslam, li qed jinżamm fil-ħabs ta’ Franza, mistenni jgħaddi ġuri dwar l-attakki f’Pariġi nnifishom.