Ġie inawgurat uffiċċju ta’ Identity Malta fl-Isptar Mater Dei.
Uffiċċju li ser iservi biex persuni jirreġistraw lit-trabi tagħhom u jinnotifikaw persuni li tilfu ħajjithom.
Kollox beda bi prova f’Ottubru illi għadda sakemm issa Identity Malta għandha uffiċċju permanenti fl-isptar Mater Dei.
Matul ix-xahar ta’ April, 91% tat-trabi li twieldu f’Mater Dei ġew irreġistrati u 27 persuna oħra li mietu.
L-uffiċċju ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia.