Id-Dukessa Kate welldet tifel fejn dan hu t-tielet wild tagħha. Dan hekk kif hi flimkien ma’ William issa għandhom tlett itfal, bl-ewwel wild ikun George li hu tifel, it-tieni tkun tifla, Charlotte, u t-tielet ikun tifel.
Id-Dukessa ta’ Cambridge, Kate Middleton, iddaħlet dalgħodu l-isptar hekk kif ingħad li se tkun qed twelled it-tielet wild.
Il-Palazz Kensington ħabbar li d-Dukessa ddaħlet l-isptar fiċ-ċentru ta’ Londra, Lindo Wing of St Mary.
Fi stqarrija kmieni filgħodu ntqal kif id-Dukessa vvjaġġat bil-karozza sal-isptar hekk kif kienet fil-bidu tal-ħlas.