Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg laqa’ fil-ministeru tiegħu 16-il perit u perita biex jippreżentalhom il-warrant tagħhom. Huwa laqagħhom billi ferħilhom talli waslu s’hawnhekk, u kompla billi qal li t-triq għal din ilwarrant mhix xi waħda faċli jew qasir, u tirrekjedi ħafna studju u sagrifiċċji, kif ukoll ħidma u turija tal-kapaċità.
Huwa qalilhom li din il-ġurnata hija kisba minnha nnifisha, iżda esprima l-konvinzjoni tiegħu li t-triq ’il quddiem se tkun imżewqa b’diversi opportunitajiet sbieħ għal dawn il-periti. Il-Ministru spjega li l-professjoni ta’ perit tiġi b’responsabbiltà unika—dik li tiggwida l-iżvilupp u ttkabbir tal-pajjiż, speċjalment f’pajjiż li għaddej minn boom ta’ progress u żvilupp, hekk kif ilprogress iġib miegħu il-bżonn ta’ regolazzjoni.
Huwa saħaq li l-professjoni ta’ perit timxi id f’id malliġi u mal-etika u li kull perit u perita preżenti huwa jew hija essenzjali fil-ħidma għas-salvagwardja tal-ambjent, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ green economy. Hawnhekk, il-Ministru enfasizza li l-periti għandhom għażla importanti x’jagħmlu—l-għażla ta’ x’tip ta’ individwi jridu jkunu.
Huwa qal li huwa importanti li dawn il-professjonisti jappellaw malawtoritajiet kompetenti favur tfassil ta’ politika aħjar, iżda qal li huwa daqstant importanti li huma jħarsu wkoll il-prinċipji tal-etika fil-qadi tal-professjoni tagħhom. Il-Ministru Borg qal li l-iżvilupp innifsu mhuwiex xi ħaġa ħażina ladarba jsir b’mod sostenibbli, ġust u legali, u esprima l-fiduċja tiegħu fil-periti li huma lesti jaqdu d-dmir tagħhom u jgħinu f’din il-mixja ’l quddiem sabiex il-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri dejjem jimxu lejn ħajja u pajjiż aħjar.
Huwa għalaq billi qal li l-viżjoni u l-perspettiva ta’ dawn il-periti hija waħda friska li tista’ ġġedded il-mod kif il-pajjiż jiżviluppa, filwaqt li xtaqilhom l-aqwa karriera u rringrazzjahom għas-servizz li qegħdin jagħtu lill-pajjiż