Matul il-lejl li għadda, iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 41 sena residenti r-Rabat, Malta. Ir-raġel twaqqaf huwa u niżel bil-vettura tiegħu minn fuq il-catamaran, li kien għadu kif wasal minn Sqallija. Fi tfixxija li saret fil-vettura nstabu żewġ kilos trab abjad suspettat kokaina, kilo sustanza suspettata kannabis kif ukoll nofs kilo sustanza x’aktarx raża tal-kannabis.
Id-droga instabet moħbija ġo qiegħ falz mwaħħal mac-chassis tal-istess vettura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli LL.D, ġiet infurmata dwar din is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-raġel mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għada.