Koppja li ma jistax ikollha tfal tgħid lil koppji bħalha biex "jintefgħu f'riġlejn Ġesù" | One News

Notifiki

Koppja li ma jistax ikollha tfal tgħid lil koppji bħalha biex “jintefgħu f’riġlejn Ġesù”

Wara li llum smajna l-impenn tal-Prim Ministru li jkun il-vuci ta’ dawk li jbatu fis-skiet, oħrajn marru l-Belt Valletta jipprotestaw u jsejħu l-ligi bħala waħda diskriminatorja. Fost dawk li ngħaqdu mal-Arċisqof Charles Scicluna għal din il-protesta, li bdiet bil-kant tal-Allelujah quddiem Kastilja, kien hemm esponenti Nazzjonalisti fosthom il-Kap Adrian Delia, l-eks Kap Simon Busuttil, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-MEP David Casa u l-MPs Beppe Fenech Adami, Edwin Vassallo, Karol Aquilina, David Agius, Jean Pierre Debono u Kristy Debono.

Fost il-kartelluni li ntużaw waqt dil-protesta kien hemm wieħed b’messaġġ li jgħid li hemm miljuni ta’ tfal orfni u koppji li ma jistax ikollhom tfal għandhom jadottaw lilhom.

Bħalissa qed jitkellmu numru ta’ persuni u fosthom tkellmet koppja li ma jistax ikollha tfal, li l-parir li tat għal koppji bħalha kien biex “jintefgħu f’riġlejn Ġesù”.

Il-protesta għadha għaddejja fit-toroq ewlenin tal-kapitali Maltija.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend