Min idoqq il-bjugil jew it-tanbur, min iċ-ċimblu u min jimmarċja bil-pass.
Mill-kbar saż-żgħar, il-membri differenti tal-gruppi tal-Iscouts ta’ Malta u l-Girl Guides imxew għalenija lejn il-Belt Valletta, waqt il-parata nazzjonali li ssir ta’ kull sena.Il-gruppi telqu minn fuq il-Fosos tal-Furjana u imxew mit-triq ta’ maġenb il-mall.
Hemmhekk stajna ninnutaw is-serjetà liema bħala li kien hemm iżda fuq kollox anki l-uċuh taċ-ċkejknin li jnisslu tbissima ħelwa fost dawk li rawhom jimmarċjaw bil-pass.
Tkellimna ma’ membri żgħar fejn fissru li għalihom, din kienet esperjenza oħra li jgħożżu matul tfulithom jew żgħożithom.