L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts u l-Girl Guides ta’ Malta se jorganizzaw il-Parata tal-Iscouts u l-Gwidi ta’ kull sena għada l-Ħadd 22 ta ‘April. Il-gruppi kollha se jimxu f’ uniformi wara l-kuluri tal-bnadar Maltin, tal-Iscouts u tal-Guides.
Il-Quddiesa se tiġi ċċelebrata fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana mill-Arċisqof, flimkien mad-diretturi spiritwali taż-żewġ assoċjazzjonijiet.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Marie Louise Coleiro Preca se tilqa’ s-salut mill-iScouts u l-Guides quddiem il-Palazz ta’ Grandmasters fi Triq ir-Repubblika.
Triq Sarria fil-Furjana se tkun magħluqa għall-vetturi mid-9 ta’ filgħodu sabiex wara l-quddies, il-gruppi kollha jibdew jinġabru fuq il-fosos u ġdejn Ġnien il-Mall. Din is-sena, il-parata se tkun immexxija mid-Distrett ta’ Għawdex segwit mid-Distrett tat-Tramuntana, id-Distrett tan-Nofsinhar u d-Distrett Ċentrali.
Il-parata tibda fl-10.00am.