ARA: Jinfexxu jgħajru lill-Prim Ministru u martu f'Londra | One News

Notifiki

ARA: Jinfexxu jgħajru lill-Prim Ministru u martu f’Londra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle sfaw fil-mira ta’ insulti minn grupp żgħir ta’ dimostranti Maltin li l-Ġimgħa filgħaxija nġabru fi triq quddiem sala li fiha ttella’ avveniment minn Henley & Partners dwar il-Programm ta’ Ċittadaninza b’Investiment.

Mal-wasla tal-Prim Ministru, il-partitarji Nazzjonalisti bdew jgħajtu b’mod isteriku tant li anke l-Pulizija Ingliża kellha tintervjeni biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.

It-tgħajjir fil-konfront ta’ Dr Muscat seħħ ftit wara li l-istess dimostranti ħaduha qatta’ bla ħabel kontra t-Tenur Malti Joseph Calleja li kien mistieden biex ikanta f’dan l-avveniment.

Dr Muscat jinsab Londra fejn qed jattendi għal-laqgħa taċ-CHOGM u li fil-ftuħ tagħha l-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May faħħret ix-xogħol fi kliemha inkredibbli li wettaq Dr. Muscat f’dawn l-aħħar sentejn kemm ilu Chair in Office tal-Commonwealth.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend