Mara ndarbet gravi wara li waqgħet it-taraġ tar-residenza tagħha fl-Imqabba.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar wara li x’aktarx waqgħet ġewwa r-residenza tagħha fi Triq il-Madonna Tal-Ġilju, l-Imqabba.
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, jidher li l-inċident seħħ xi ħin qabel il-ħdax ta’ filgħodu meta l-mara, li għandha 52 sena, allegatament waqgħet fit-taraġ u weġġgħet serjament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.