Terapija permezz tat-teatru għar-residenti f'San Vinċenz | One News

Notifiki

Terapija permezz tat-teatru għar-residenti f’San Vinċenz

Ġie ffirmat ftehim bejn ir-residenza San Vinċenz de Paule u t-Teatru Manoel.

Ftehim li permezz tiegħu numru ta’ artisti se jingħaqdu mar-residenti ta’ San Vinċenz, u permezz ta’ sessjonijiet teatrali joffru terapija bżonnjuża ferm għal dawn l-anzjani.

Fil-fatt it-terapija permezz tat-teatru, bl-għajnuna ta’ persuni speċjalizzati, tgħinhom jistimulaw il-memorja tal-anzjani. Terapija li fl-aħħar mill-aħħar hi maħsuba biex tgħinhom jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend