"Mhux ġust li ħajtek kellha tintemm daqshekk malajr" – xokk għall-mewt taż-żagħżugħ ta' 19 f'inċident bil-mutur | One News

Notifiki

“Mhux ġust li ħajtek kellha tintemm daqshekk malajr” – xokk għall-mewt taż-żagħżugħ ta’ 19 f’inċident bil-mutur

Huma ħafna l-messaġġi ta’ xokk b’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt ta’ Denilson Briffa, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li tilef ħajtu f’inċident traġiku bil-mutur.

Ħafna spiċċaw bla kliem li ħajjet iż-żagħżugħ maħbub minn bosta kellha tintemm f’qasir il-għomor. Wieħed mill-aħħar selfies li ħa ż-żagħżugħ kellu jkun mal-mutur li temmlu ħajtu.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident minn telefonata li għamlet persuna li kienet f’vettura fl-istess triq u rat lill-ġuvni mal-art.

Fuq il-post marret ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament, it-tabib iċċertifikah mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend