Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex jingħaqad man-netwerk ta’ Kunsilli Lokali u muniċipalitajiet madwar id-dinja li adottaw teknoloġija ħadra għal ambjent aktar nadif.
Dan sar permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ kumpanija stabbilita ġdida msejħa V.M.A Ltd li tispeċjalizza f’teknoloġija aktar nadifa li ma tutilizzax kimiċi u billi tuża biss ilma tal-vit. V.M.A Ltd, ibbażata f’Ta ‘Xbiex, qed imexxu t-teknoloġija tat-tindif aħdar permezz ta’ apparat imsejjaħ Ev 3000i, bl-użu biss ta’ fwar.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex huwa l-ewwel kunsill lokali li qieghed jibbenefika minn dan il-prodott ġdid f’pajjizna. Diversi lukandi u stabbilimenti kbar diġà bdew jużaw dan il-kunċett permezz ta’ kollaborazzjoni simili, iżda r-rappreżentant Malti Matthew Degiorgio jgħid li l-prodott qed jintuża wkoll fid-djar, peress li n-nies issa qegħdin ifittxu possibbiltajiet biex ineħħu l-użu ta’ deterġenti u kimiċi minn djarhom.
Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex Max Zammit qal li huwa pjuttost sodisfatt b’din il-kollaborazzjoni, li hija waħda minn ħafna inizjattivi innovattivi oħra li dan il-Kunsill ħa f’idejh.
Huwa żied jghid li dan jikkomplimenta l-Premju tal-“Green Council” tas-Sena, li l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex rebaħ konsekuttivament għall-aħħar ħames snin u jemmen bis-sħiħ li r-rappreżentanti tal-lokalitajiet għandhom ikunu minn ta l-ewwel li jadottaw teknoloġija ħadra għall-benefiċċju tal-komunità.