Kmieni dalgħodu se tkun qed issir evakwazzjoni kbira f’Berlin wara sejba ta’ bomba mit-Tieni Gwerra Dinjija.Din l-evakwazzjoni li se tibda fid-9:00 ta’ filgħodu, se tkun qed tagħti lok biex l-esperti jmorru fiż-żona fejn instabet il-bomba, u jżarmawha sabiex ma jkun hemm ebda periklu li din xi darba jew orħa tisplodi.
Iż-żona tinkludi Ministeri, sptar u kif ukoll stazzjon tal-ferrovija.
Din mhix l-ewwel bomba li nstabet hekk kif eluf ta’ bombi oħrajn li qatt ma splodew mis-snin 1939 sal-1945 jinstabu ta’ spiss waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.