Basket suspettuż mal-faċċata ta’ Kastilja wassal għal evakwazzjoni tal-pjazza sakemm jiġi stabbilit il-kontenut.Kien għall-ħabta tal-11:45 li l-Pulizija waslilhom rapport dwar dan il-basket suspettuż fejn minn hemm ordnaw li l-pjazza tiġi evakwata.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-explosive ordnance disposal sakemm ġie elevat il-baskett u ġie stabbilit il-kontenut li kien fih.
Fortunatament irriżulta li dan kien baskett normali u li ma kellu ebda kontenut li seta’ kien ta’ periklu.
It-triq kif ukoll l-aċċess għall-pjazza issa mar lura għan-normal.