Arsene Wenger iħabbar li se jħalli lil Arsenal | One News

Notifiki

Arsene Wenger iħabbar li se jħalli lil Arsenal

Il-maniġer ta’ Arsenal, Arsene Wenger ħabbar li se jħalli lill-klabb fi tmiem dan l-istaġun. Din l-aħbar iġġib fi tmiem kważi tnejn u għoxrin sena ta’ Wenger fit-tmexxija tal-klabb minn Londra.

Arsenal taħt it-tmexxija ta’ Wenger kienu ċampjins tal-Premier Ingliż tliet darbiet, darba minnhom mingħajr ma tilfu partita għal staġun sħih. Rebħu wkoll l-FA Cup seba’ darbiet. Iżda dan l-aħħar ir-riżultati ħadu daqqa ‘l isfel hekk kif is-sena l-oħra naqsu milli jakkwistaw post fiċ-Champions League. Dan wassal għal numru konsiderevoli ta’ sapporters  biex jibdew jitolbu li Wenger jirreżenja jew li saħansitra jiġi mkeċċi.

Wenger ħa t-tmexxija tal-klabb f’Ottubru tal-1996 u bħalissa huwa l-iżjed maniġer li ilu fil-kariga tiegħu fil-Premier Ingliż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend