Suġġerimenti għal pajjiż aħjar fil-qasam ambjentali minn EkoSkola | One News

Notifiki

Suġġerimenti għal pajjiż aħjar fil-qasam ambjentali minn EkoSkola

Illum fil-parlament iltaqgħet it-13-il sessjoni minn EkoSkola fejn fiha ż-żgħażagħ Maltin jitkellmu dwar kif jistgħu jagħmlu l-ħajja aħjar f’pajjiżna billi jagħtu s-sehem tagħhom huma wkoll. L-iskop hu li jgħaddu suġġerimenti dwar kif jistgħu jsiru aħjar ċerti deċiżjonijiet fir-rigward tal-ambjent.

Din is-sena kienet waħda rekord għax 37 skola urew ix-xewqa li jitkellmu f’din is-sessjoni għalkemm intagħżlu 8  minħabba r-restrizzjoni tal-ħin. Fost is-suġġetti li ssemmew kien hemm: il-konservazzjoni tal-ilma u l-enerġija; it-traffiku; il-qerda ta’ spazji miftuħa; il-bżonn li nnaqsu il-plastik; l-immaniġġjar tal-iskart; u l-ammont esaġerat ta’ bini li qed jitla’ madwarna. Għall-ewwel darba, fostna hawn ukoll studenti minn skola post-sekondarja. Dan hu sinjal ta’ kif EkoSkola infirxet u qed tħalli l-effett tagħha mas-sistema edukattiva kollha.

L-istudenti saħqu li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu issa, se jħallu frott jew konsegwenzi fil-futur li se jgħixu fih huma stess. Għalhekk urew ix-xewqa li jitwaqqaf kumitat fejn b’mod regolari jisma’ ideat dwar kwistjonijiet ambjentali u jiġi assigurat futur aħjar.

Xi ħaġa simili diġà se tibda ssir f’Għawdex bit-twaqqif tal-Kumitat EkoSkola Reġjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend