Ħsara simili fil-magna li kkawżat splużjoni tal-magna waqt nofs titjira u li kissret tieqa t’ ajruplan kienet irrappurtata fl-elfejn u sittax.
Mara li kienet abbord l-ajruplan mietet wara li kważi nġibdet minn gol-kabina ta’ titjira ta’ Southwest Airlines, li kienet fi triqitha lejn Dallas minn New York fil-jum tat-Tlieta.
L-investigaturi qalu li kien hemm ħsara fil-blades tal-fann tal-magna, l-istess kawża tal-inċident li seħħ sentejn ilu.
L-awtoritajiet Amerikani tal-avjazzajoni mistennija jordnaw li jsiru spezzjonijiet fuq magni simili.
It-titjira 1380 ta’ Southwest Airlines b’Boeing 737, li kien qed iġorr 149 persuna, kienet sfurzata tagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Philadelphia fil-jum tat-Tlieta wara ħsara f’waħda mill-magni.