Il-proġett tal-junction tal-Marsa miexi ġmielu, bit-tieni fażi ta’ dan l-investiment ta’ sebgħin miljun ewro b’fondi tal-
Għaddej b’ritmu tajjeb ħafna l-proġett tal-junction tal-Marsa.
Proġett li l-ewwel fażi tiegħu bdiet titlesta u t-tieni fażi bdiet fi Frar li għadda u mistennija titlesta sal-aħħar tas-sena.
Tant hu hekk, li sas-Sajf li ġej ser jinfetħu l-karreġjati l-ġodda fit-toroq għall-użu pubbliku. Dawn huma Triq Ġuże Gatt, parti minn Triq Aldo Moro u Triq il-Gvern Lokali.
Dan intqal waqt żjara li għamlet il-kummissarju ewropew għall-politika reġjonali, Corina Cretu, lix-xogħolijiet li qed isiru fil-junction tal-Marsa. Hija faħħret ir-riżultati tajbin li Malta kisbet fil-politika ta’ koeżjoni:
MALTA IS IN MY VIEW ONE OF THE BEST USERS OF THE EU FUNDS BECAUSE THEY HAVE HIGH QUALITY PROJECTS SO THEY CONCENTRATE ITS MONEY IN BIG PROJECTS THAT REALLY MEAN FOR THE PEOPLE
Kien spjegat kif mill-Marsa Junction jgħaddu mat-tmint elef vettura fis-siegħa ta’ kuljum.
Għaldaqstant, il-proġett se jara li jintilef inqas ħin f’din il-parti fin-Nofsinhar ta’ Malta billi fost l-oħrajn, ikunu eliminati t-traffic lights eżistenti.
Min-naħa tiegħu, l-ministru għall-infrastruttura, Ian Borg qal l-gvern jinsab impenjat biex l-infrastruttura tal-lum tkun waħda ta’ kwalita’ u li tilħaq il-livelli meħtieġa.
Il-ministru għall-affarijiet ewropej, Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia qal li l-proġett tal-junction tal-Marsa huwa xhieda tat-triq ‘il quddiem fuq kif għandhom jintużaw il-‘cohesion funds’. Realta’ li kienet imfaħħra wkoll mill-kummissarju ewropew innifisha:
I THINK IT’S VERY IMPORTANT FOR MALTA, IT’S EMBLEMETIC INFRASTRUCTURE PROJECT AND ALSO FOR THE EU, IT SHOWS THAT EU FUNDS CAN REALLY CHANGE THE LIVES OF THE PEOPLE AND I KNOW THE PROBLEMS MALTA HAS WITH TRAFFIC AND AM GLAD THIS PROJECT STARTED AND HOPEFULLY AS SOON AS POSSIBLE IT WOULD BE FOR THE BENEFIT OF THE POPULATION
Sal-aħħar tas-sena, l-proġett ser ikun implimenta diġa sitt miljun u mitejn elf ewro mill-fondi allokati biex b’hekk ikollu tliet kilometri ta’ karreġjati ġodda jew mibnija mill-ġdid.