Issa wkoll bħala servizz skedat. L-Air Malta żiedet destinazzjoni oħra fin-netwerk tar-rotot tagħha u se tibda topera titjira fil-ġimgħa kull nhar ta Hamis lejn Bucharest, il-belt kapitali tar-Rumanija. Din it-titjira skedata ġdida, li għal ħafna snin kienet mħaddma mill-Air Malta bħala servizz ta’ charter, issa ġiet aġġornata għal titjira skedata. Titjiriet skedati lejn Bukarest se jibdew mis-17 ta Mejju 2018 bil-bejgħ ta’ din ir-rotta jibda illum. Il-prodott GO Light fejn il- passigier jivvjagga bil-bagalja ta l-idejn biss, japplika fuq din ir-rotta u jibda minn sempliċement Eur39.
Paul Sies l-Kap Kummerċjali ta’ l-Air Malta qal: “Is-servizz il-ġdid tagħna lejn l-kapitali tar-Rumanija huwa kisba oħra fil-konnettivita tal-Gżejjer Maltin ma’ bliet kbar. Ġhall snin twal operajna servizzi ta’ charter lejn Bucharest flimkien ma l-agenti ta l-ivvjaggar. Aħna nemmnu li s-suq issa huwa maturat biżżejjed għal servizzi skedati. L-introduzzjoni ta ‘dan is-servizz il-ġdid issegwi l-istrateġija attwali tagħna ta’ tkabbir li jippermettilna nisfruttaw swieq ġodda flimkien ma l-imsieħba tagħna ta’ l-ivjaġġar. Qed naħdmu ħafna biex nagħmlu din ir-rotta u l-kumplament tar-rotot l-ġodda l-oħra kollha jkunu ta’ suċċess. ”
Ic- Chairman ta’ l-Air Malta, Dr Charles Mangion żied: “Din hija aħbar oħra tajba għall-klijenti tal-Air Malta li issa għandhom l-opportunità li jżuru Bucharest u r-Rumanija billi jużaw is-servizzi tal-Air Malta. L-aħbar tal-lum hija pass ieħor il-quddiem fl-istrateġija biex Malta tingħaqqad mal-bqija tal-Ewropa u tassew issir l-linja ta l-Ajru tal-Mediterran’. Flimkien mal-imsieħba tagħna, l-operaturi tat-tours, l-aġenti tal-ivvjaġġar u partijiet interessati oħra, il-kumpanija tal-ajru qed taħdem ħafna biex timla t-titjiriet kollha filwaqt li ttejjeb l-opportunitajiet turistiċi u tappoġġja setturi ekonomiċi oħra importanti għall-iżvilupp tal-gżejjer. ”
Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onorevoli Dr Konrad Mizzi qal, “Bi skeda ambizzjuża, l-Air Malta se topera l-fuq minn 4,000 (+ 30%) aktar titjiriet minn dik tas-sena li għaddiet. Aħna qed ikomplu naħdmu fuq l-istrateġija tat-tkabbir tagħna u nwessgħu n-netwerk ta l-Air Malta. Ir-rotot il-ġodda u l-frekwenzi miżjuda għad-destinazzjonijiet popolari qed ifornu aktar il-Gżejjer Maltin b’opportunitajiet ġodda ta’ turiżmu, ekonomiċi u kulturali għall-benefiċċju tal-komunità lokali’’.
Bucharest hija l-akbar belt fir-Rumanija u tħares fuq ix-Xmara Dambovita. Magħrufa għal-taħlita affaxxinanti ta’ arkitettura storika u eleganti prezenti fuq diversi binjiet prominenti madwar il-belt, fil-bidu tas-seklu għoxrin kienet meqjusa bħala Pariġi tal-Lvant. It-toroq wiesgħa mimlija sigar, l-parks spettakolari, ġonna botaniċi u bini majestuz flimkien ma numru inkredibbli ta’ postijiet prominenti jagħmlu lill-Bucharest destinazzjoni unika. Skopri t-toroq ta’ Piata Victoriei u Piata Natiunilor Unite u ammira l-Palazz Cantacuzino u postijiet storiċi bħall-Pjazza tar-Rivoluzzjoni, l-Klabb Militari, l-Palazz Nazzjonali tal-Bank ta’ Tfaddil u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja.
Zur l-belt il-qadima u skopri l-mogħdijiet ta’ din il-belt mill-isbaħ. Ghadd ta’ binjiet fil-belt il-qadima bħalissa qegħdien jiġu rrestawrati u fil-proċess iż-żona qed tinbidel f’waħda mill-aktar postijiet interessanti ta’ divertiment ta’ l-Ewropa. Il-belt il-Qadima tospita ghadd ta’ Mużewijiet, galleriji ta’ l-arti, ħwienet ta l-antikitajiet, ristoranti u kafetteriji.
Żjara lejn ir-Rumanija mhix kompluta jekk wiehed ma jżurx u jesplora Transilvanja, reġjun li jospita bliet medjevali, siti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO li jkopru Knejjes fortifikati Sassoni, l-Forti tad-Dacian u l-aktar kastell famuż, il-Kastell ta’ Drácula.
L-iskeda tat-titjira lejn l-ajruport ta’ Bucharest Otopeni għandha topera kif ġej:
KM4526: dep Malta 12:45, arr Bucharest 15:55
KM4527: dep Bucharest 16:45, arr Malta 17:55
Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet minn kwalunkwe aġent tal-ivvjaġġar f’Malta u fir-Rumanija, www.airmalta.com, aġenti tal-ivvjaġġar online, u billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211.