Żewġ nisa li jafu xi ssarraf it-tbatija u l-qsim il-qalb ta’ meta koppja tkun għaddejja mill-infertilita, laqgħu b’mod pożittiv il-proposti pożittivi fit-tiġdid tal-liġi dwar l-IVF.
Dan waqt li qasmu l-esperjenza tagħhom fil-programm Arena li fih fissru li bil-liġi kif mistenni tiġi, wkoll se tibqa’ waħda limitata meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra.
Il-ligi kif inhi ristrettiva ħafna, ħafna koppji jmorru barra minn Malta, x’ħin rajna l-points xorta ħadna qatgħa, x’ħin rajna ħamsa tista’ tiffertilizza, hawn min qed jgħid ħafna, aħna ngħidu ftit!
Bħala koppja, Leanne stqarret kif jiġu mumenti li fihom ir-relazzjoni verament tkun taħt test qawwi u kontinwu:
L-ewwel nies bil-mediċina kollha li tieħu il-hormones ikunu ta’ taħt fuq, ġieli r-raġel jgħidli l-mediċina qed titkellem, għandek ħin għax trid toqgħod ġejja u sejra għal ultrasounds, flus, flus kbar, il-mediċina hija flus kbar, injection xi 300-450 ewro u forsi din l-injection kulma sservik jumejn, maximum tlieta u hawn min ikollu bzonnha f’ġurnata waħda
Emozzjonata, rrakuntat kif kellha problema biex iġorr it-tqala tagħha sal-aħħar u nefqu mal-erbgħin elf ewro bit-tama li jsiru ġenituri:
Qatt ma tista tgħix pregnancy normali wara dak kollu li tkun għaddejt minnu imma konna happy ħafna imma wara li ġara li ġara tikrolla d-dinja għalik, anke issa nigi emotional, għax tkun vera xtaqtu, rajna l-qalb u kollox mbagħad jispiċċa kollox fix-xejn
Donia Scicluna, li għamlet l-IVF għal erba’ darbiet u hija psikoterapista mal-Malta Infertility Network, qalet li snin ilu, ma kinetx issib sapport u li għandna għalfejn inkunu grati, li llum qed jingħata widen għat-tbatijiet ta’ dawn il-koppji:
flok tlift rasi li speċi ara x’ġara, dejjem xtaqt nagħmel xi ħaġa kompletament li jien ma sibtx, sapport, jifhmunix in-nies li qatt ma sibt nies jifhmuni u bdejt support group żgħir imbaghad komplejt nistudja u llum ilni 17 years nagħmel dax-xogħol
Hekk kif f’Malta, koppja minn kull sitta tbati minn infertilita, mistoqsija hux minnu li l-liġi qed issir b’għaġla żejda, ż-żewġ nisa stqarru hekk:
aħna Malta ġa għadna ħafna limitati fejn jaslu postijiet barra minn Malta, kif ħa tiġi għadna lura, aħseb u ara kif qegħdin bħalissa
Huma ddeskrivew sodisfazzjon hekk kif fil-liġi proposta, l-eta’ li mara tista’ tagħmel l-IVF ser titla’ għal tmienja u erbgħin sena:
Għalija ħaġa pożittiva qed nilħqu standards ta’ barra minn Malta għax ħafna mill-clinics ikunu 48-50 l-age li tista’ tagħmel l-ivf u minn dak l-att ħafna inqas nies ħa jmorru barra minn Malta u jkunu jistgħu jagħmlu ivf hawnhekk.