Elezzjoni Presidenzjali bikrija fit-Turkija | One News

Notifiki

Elezzjoni Presidenzjali bikrija fit-Turkija

It-Turkija se jkollha elezzjoni presidenzjali u parlamentari bikrija fl-erbgħa u għoxrin ta’ Ġunju, imsejħa mill-President Recep Tayyip Erdogan. L-elezzjoni kellh assir f’Novembru tas-sena d-dieħla.

Erdogan ilu fit-tmexxija tat-Turkija mill-elfejn u tnejn u se jikkontesta għal ħames snin oħra, b’iżjed poteri li ġew approvati f’referendum is-sena l-oħra.

L-idea ta’ elezzjoni bikrija kienet proposta fil-bidu mill-alleati nazzjonalisti.

F’diskors fuq it-televiżjoni, Erdogan qal li l-pajjiż kellu bżonn elezzjoni ġdida biex jitneħħew dak li hu sejjaħ bħala mard tas-sistema l-antika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend