Jekk Adrian Delia verament jemmen lil kliemu stess għandu jpoġġi lilu nnifsu għal inkjesta Maġisterjali Indipendenti fuq l-allegazzjonijiet li għamlet fuqu l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia dwar racket ta’ ħasil ta’ flus ġej mill-prostituzzjoni. Dan saħqu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Fuq l-allegazzjonijiet kollha li tkellem fuqhom Adrian Delia ngħataw it-tweġibiet u qed isiru l-investigazzjonijiet.
Sal-ġurnata tal-llum, l-unika persuna li għadu m’għamilx investigazzjoni fuqu huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni. X’għandu x’jaħbi?
Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa l-inqas wieħed li jista’ jittieħed bis-serjetà l-iktar meta bħal lum imur fuq it-televiżjoni u jgħid li l-kontijiet tal-elettriku ma roħsux. Ħaġa li Malta kollha taf li mhix minnha. Temm jgħid il-Partit Laburista.