“Miżuri favur in-nisa wasslu għal tnaqqis fil-faqar f’Malta” – Il-Prim Ministru f’Londra – One News

Notifiki

“Miżuri favur in-nisa wasslu għal tnaqqis fil-faqar f’Malta” – Il-Prim Ministru f’Londra

Meta kien qed jindirizza l-Commonwealth Women’s Forum f’Londra, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota li l-mod li bih il-Gvern qed iħares lejn il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, u l-miżuri li ħa tul is-snin, wasslu għal tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar f’pajjiżna.

Semma fost l-oħrajn il-miżuri ta’ childcare b’xejn, is-servizzi ta’ qabel u wara l-ħinijiet tal-iskola, u l-impenn tal-Gvern li jindirizza d-diskrepanza fil-pagi skont il-ġeneru.

Dr. Muscat qal li pajjiżna qed jaħdem biex jintroduċi mekkaniżmi li jimplimentaw il-prinċipju ta’ paga indaqs għall-istess xogħol.

“Huwa d-dmir tagħna bħala Gvern biex nipproteġu lin-nisa fejn jidħol dak li huwa effettivament serq ta’ flus dovut lilhom”, tenna l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend