Raġel l-isptar wara li kien qed jaħdem f'vapur u waqa' fuqu xi ħadid | One News

Notifiki

Raġel l-isptar wara li kien qed jaħdem f’vapur u waqa’ fuqu xi ħadid

Raġel ta’ 35 sena minn Ħad-Dingli qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qed jagħmel xogħol fuq vapur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fil-Laboratory Wharf f’Raħal Ġdid.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fuq il-post, filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend