Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, il-passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex żdieu bi kważi tmienja fil-mija.
Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Jannar u Marzu li għadda kienu aktar minn miljun, mija u wieħed u għoxrin elf passiġġier li qasmu l-fliegu permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel.Dan kien ifisser żieda ta’ sebgħa punt tmienja fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.
L-ogħla ammont ġie rreġistrat f’Marzu li għadda meta qasmu l-fliegu aktar minn erba’ mija u ħamsin elf passiġġier jiġifieri erbgħin fil-mija tat-total kollu matul dan il-perjodu.
Iċ-ċifri juru wkoll żieda ta’ kważi sitta fil-mija fl-għadd ta’ vetturi li telgħu fuq il-vapuri biex laħqu total ta’ kważi tliet mija u erbgħin elf vettura.
In-numru ta’ vjaġġi kien jammonta għal kważi ħamest elf, mitejn u sittin vjaġġ, żieda ta’ kważi wieħed fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet