Il-Kamra tan-Nar tal-Mosta terbaħ il-Festival Nazzjonali tal-logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat | One News

Notifiki

Il-Kamra tan-Nar tal-Mosta terbaħ il-Festival Nazzjonali tal-logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat

Il-Kamra tan-Nar 15 t’Awwissu tal-Mosta rebaħ it-12-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-nar tal-Art Mekkanizzat li sar nhar is-Sibt filgħaxija fuq il-Fossos tal-Furjana. F’dan il-festival ħadu sehem 13-il kamra tan-nar li esebiet l-aħjar żewġ biċċiet tan-nar fejn b’kollox kien hemm sitta u għoxrin struttura ta’ logħob tan-nar.

Ir-rebbieħ tħabbar it-Tnejn filgħaxija fis-Sala tal-Kunsill Lokali tal-Furjana fil-prezenza tal-Għaqdiet kollha parteċipanti.

Il-ġurija kienet magħmula minn tlett pirotekniċi internazzjonali mill-Ingilterra, id-Danimarka u l-Olanda, filwaqt li c-Chairman kien is-Sur Michael Brockdorff.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend