L-Awtorità għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Kompetittività, il-General Workers’ Union, u l-UĦM, iffirmaw ftehim kollettiv ġdid.Fost oħrajn il-ħaddiema tal-MCCAA se jibbenefikaw minn titjib fil-pagi, minn performance bonuses, u minn għadd ta’ miżuri favur il-familji.
Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, li kien preżenti għall-iffirmar, spjega li bil-għan li l-MCCAA tiġbed l-aqwa talent, u tkompli trawwem lil dawk fi ħdanha, se titnieda skema, fejn il-ħaddiema jkunu jistgħu jmorru jistudjaw, waqt li jibqgħu jitħallsu fuq bażi partajm.
Minn naħa tagħhom, rappreżentatni miż-żewġ unjins qalu li l-partijiet konċernati kollha ħadmu u nnegozjaw għal xhur twal, waqt li l-ewwel prijorità kienu dejjem il-ħaddiema tal-MCCAA.