Għaxar punt ħames miljun ewro ser jitqassmu lil dawk il-persuni li fil-passat soffrew inġustizzji.
Dan hekk kif skond il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista għandhom jingħataw ħlasijiet lill-Eks Ħaddiema tax-Xatt, Pulizija li għamlu sahra żejda bejn l-elf disa mija tlieta u disgħin u l-elfejn u disa, l-Eks-ħaddiema tal-Korpi u l-eks Ħaddiema tal-Malta Electricity Board.Dawn il-ħlasijiet lil madwar sitt elef persuna ser jingħataw wara li s-sena l-oħra diġa twassmu ħdax il-miljun ewro oħra li kienu allokati fil-baġit is-sena ta’ qabel.
L-allokazzjoni ta’ din is-sena tħabbret waqt konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għas-Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon.
Il-Ministru Michael Falzon spjega kif kull minn diġa rċeva pagamenti s-sena l-oħra ma’ għandux għalfejn jerġa’ japplika.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega li dawn il-miżuri huma ntiżi sabiex jindizzaw l-inġustizzji li diversi persuni sofrew matul is-snin u li ma’ nagħatawx sodisfazzjoni għalihom, filwaqt li Gvern Nazzjonalista ma’ tax kashom u nħebba wara d-drittijiet legali.
L-avviż għal dawn il-pagamenti ser jiġi ppublikat fil-gazetta tal-gvern fil-jiem li ġejjin, bl-applikazzjonijiet għal dawk li għad irridu japplikaw ser jagħlqu nhar it-tmienja u għoxrin ta’ Ġunju li ġej.