2,440 Pulizija se jitħallsu ta’ sahra li ma ngħatawx taħt Gvern Nazzjonalista | One News

2,440 Pulizija se jitħallsu ta’ sahra li ma ngħatawx taħt Gvern Nazzjonalista

Madwar 2,440 eks membru u membri fil-Korp tal-Pulizija se jkunu qed jitħallsu dak dovut lilhom, sahra li ma ngħatawx taħt Gvern Nazzjonalista bejn Settembru tal-1993 u Diċembru tal-2009. Tħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħad li dawk li sofrew minn inġustizzji tal-passat jistgħu japplikaw għal fond ta’ €10.5 miljun li ġie allokat proprju għalekk.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li l-benefiċċjari  kienu fil-grad ta’ Kuntistabbli, Surġent jew Surġent Maġġur u ħadmu sigħat addizzjonali bħala sahra.

Minn dawn l-uffiċjali madwar nofshom għadhom iservu fil-korp; filwaqt li l-kumplament huma rtirati jew mejta.

Sostna li dan juri kif dan il-Gvern jaġixxi bil-fatti u mhux bil-paroli fejn din hija il-konsistenza li qed tiġi offruta filwaqt li qed jgħinu finanzjarjament lill-persuni li fil-passat ittieħdilhom dak li hu tagħhom bi dritt.

Ta’ QabelLi Jmiss