Sejba ta’ droga twassal għall-arrest ta’ 10 persuni – One News

Notifiki

Sejba ta’ droga twassal għall-arrest ta’ 10 persuni

10 irġiel li etajiet tagħhom ivarjaw bejn 19 u 28 sena ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga matul il-lejal, f’Paceville. Huwa mifhum li n-nazzjonalitajiet ivarjaw bejn Maltin, Somalu u Niġerjan.

Is-Somalu nstab fil-pussess ta’ diversi qratas bid-droga suspettata kokaina u tal-pjanta tal-Cannabis, lesta għat-traffikar. Wieħed mill-individwi Maltin instab ukoll fil-pussess ta’ qratas bid-droga suspettata kokaina filwaqt li l-irġiel l-oħrajn instabu fil-pusses tad-droga suspettata kokaina u ħaxixa għall-użu personali.

Minkejja dan, il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend