Sant Iermu jerġa’ jgħix il-galanterija tal-Maltin – One News

Notifiki

Sant Iermu jerġa’ jgħix il-galanterija tal-Maltin

Sant Iermu fetaħ il-bibien tiegħu b’xejn għall-pubbliku fl-istess jum li jfakkar l–għotja tal-George Cross lill-Maltin.

L-eluf li żaru l-forti kellhom l-opportunità li jaraw il-wirja inawgurata riċentament dwar il-familja t’artisti Schranz.

Dan filwaqt li kien hemm wirja oħra ta’ dokumenti tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Ttella’ wkoll suq malti għall-artiġġjanat mal-btieħi ta’ Sant Iermu.  Il-pubbliku preżenti matul il-ġurnata wkoll kellu l-opportunità li jgħix b’mod ħaj epoki differenti f’pajjiżna permezz ta’ re-enactments minn għadd ta’ gruppi fosthom In Guardia, Show of Arms, Legio X u Battlefront.

Il-Maniġer tas-servizzi tal-visitaturi tal-Heritage Malta, Rachel Caruana qaltilna kif bosta Maltin u turisti ma jitilfux opportunitajiet bħal dawn.

“In-nies qed jirrikorru ħafna.  Infatti llum l-‘open day’  hawn ta’ Sant Iermu…kellna konkorrenza tajba ħafna.  Sa nofsinhar kellna kważi il-fuq minn elfejn viżitatur li żaru dan il-post.”

Il-viżitaturi setgħu ukoll igawdu l-veduta pittoreska taż-żewġ portijiet li jdawru din il-forti, il-port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett.  Dan filwaqt li l-arkitettura tal-Kavallieri u s-sengħa li biha bnew il-forti tista’ titgawda bl-aqwa mod wara li l-forti ġie irrestawrat fl-elfejn u ħmistax wara snin ta’ negliġenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend