Riżultati li se jibqgħu ġejjin | One News

Notifiki

Riżultati li se jibqgħu ġejjin

Fil-Belt Valletta l-Prim Ministru tkellem dwar kif ir-riżultati ġejjin. Ġejjin bil-kbir u se jibqgħu jiġu. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar il-ftehim li kien iffirmat mal-Assoċjazzjoni Medika Matlija, il-MAM, fl-aħħar jiem. Fisser kif għal darb’ oħra l-gvern wera r-rieda li jasal bil-politika tal-persważjoni. Kuntrast mat-taqtigħ il-qalb ta’ dawk li jgħorku jdejhom meta jaraw il-maltemp.

“Kemm beżgħu u beżżgħu meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm l-Assoċjazzjoni tat-Tobba li wriet ċertu tħassib rigward it-trasferiment tal-konċessjoni li permezz tagħha issa għandna l-ikbar kumpanija li tmexxi l-isptarijiet fl-Istati Uniti f’Malta,” fakkar Joseph Muscat li qal kif mid-dinja kollha għażlu lil Malta biex ikun lewwel pajjiż barra l-Istati Uniti fejn se jkunu qed jinvestu.

Fisser kif meta deher li kien hemm il-problemi kien hemm min beda jogħrok idejh kif jara ftit maltemp ġej beda jbeżża’ u beda jgħidilna li ġej diżastru sħiħ “Nistaqsi fejn qegħdin dawk in-nies li kienu qatgħu qalbhom mal-ewwel buffura riħ u li kienu diġa qatgħu qalbhom?” staqsa Joseph Muscat li fakkar kif l-uniċi nies kontra dan il-ftehim hija l-oppożizzjoni.

Irrefera wkoll għal-liġijiet importanti oħra li għaddew mill-parlament din il-ġimgħa. Fosthom dik tal-vjolenza domestika li tipproteġi lill-vittmi.

Irreferi għal-liġi tal-midja u fisser kif il-gvern li kien l-iktar skurtinizzat f’pajjiżna għadda liġi biex isaħħaħ idejn il-ġurnalisti. “Dik waħda mill-iktar elementi demokratiċi ta’ dan il-gvern,” qal Joseph Muscat.

“Jien kburi,” żied Joseph Muscat meta kompla jispjega kif dawn il-liġijiet isaħħu l-libertà tal-esperessjoni. “Għax il-ħidma tagħna tibqa’ li nipprepraw lil Malta għall-Ġenerazzjoni Li Jmiss. Lil Malta ta’ Għada li noħolmu biha,” żied il-Prim Ministru.

Hawn irrefera għall-ħolma li Malta tkun fuq quddiem nett biex tattira teknoloġiji ġodda u għamel referenza għal-investituri li ġejjin.

Tkellem ukoll dwar it-tiġdid mal-ġganti tal-Microsoft fejn se nkunu qed nikkolaboraw biex navvanzjaw lill-pajjiżna.

Spjega li l-gvern qed ikun innovattiv. Għamel referenza għad-data centre taħt il-power station tal-Marsa fejn qal li riżors moħli u rieqed li ma kien qed jagħtina xejn, se joħloq impjiegi ta’ kwalità.

Se jintuża’ mill-ġdid ukoll bini antik fl-Imtarfa bis-sejħa għal skola internazzjonali. Tenna li din il-ħsieb għal sejħa wara skola internazzjonali fl-Imtarfa hija maħsuba għal ħafna ħaddiema barranin li jiġu pajjiżna li għalkemm lesti jħallsu biex uliedhom imorru fi skejjel privati llum qed isibuhom full up. U għalhekk il-gvern, anke mill-aspett ekonomiku, qed jara li jaħgmel dan.

Referenza wkoll għal ‘Irrestawra Darek’ fejn għaxar miljun ewro nħatfu fi ftit jiem. Fondi li kienu ġejjin minn skema ta’ sanzjonar ta’ irregolaritajiet żgħar li ħadmet l-Awtorità tal-Ippjanar fejn kellha skema li wieħed iħallas multa biex jirranġaw dawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend