Il-Gvern iwieġeb għall-stqarrija qarrieqa tal-PN dwar investiment fil-qasam tal-farmaċewtika | One News

Notifiki

Il-Gvern iwieġeb għall-stqarrija qarrieqa tal-PN dwar investiment fil-qasam tal-farmaċewtika

B’refernza għall-istqarrija tal-PN dwar l-investiment ta’ kumpanija Awstraljana fil-qasam tal-farmaċewtika tal-kannabis mediċinali, il-Ministeru għall-Ekonomija u Investiment wieġeb li l-Malta Enterprise għamlitha ċara li l-Letter of Intent mal-kumpanija huwa validu biss ladarba tgħaddi l-liġi mill-Parlament.

Il-Letter of Intent tinkludi fiha aktar minn 20 klawsola li jispeċifikaw diversi kundizzjonijiet, regolamenti u proviżjonijiet dwar il-liġi in-kwistjoni.

Il-Letter of Intent ssir kuntratt biss, ladarba il-liġi tgħaddi mill-Parlament filwaqt li t-termini għall-kiri tal-art se jkollhom l-istess kundizzjonijiet stipulati fl-istess Letter of Intent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend