Aeroporto de Lisboa, l-ajruport tal-kapitali Portuġiża Lisbona, iċċelebra l-wasla tal-ewwel titrjia tal-Air Malta fi skeda ġdida ta’ żewġt titjiriet fil-ġimgħa.
Din ir-rotta, li ser tkn estiża wkoll għax-xitwa tal-2018-2019 hija ħolqa waħda fil-kullana ta’ erbatax il-destinazzjoni ġdida li l-Air Malta ser tibdà topera fiha minn dan is-sajf.
Fl-inawgurazzjoni, l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-AirMalta, Joseph Galea stqarr li l-linja tal-ajru tinsab sodisfatta li rnexxiela tespandi l-operat lejn l-Ewropa tal-Punent wara għadd ta’ snin nieqsa. Hu żied jgħid li dan hu eżempju ċar ta’ kemm l-Air Malta qed taħdem qatiegħ biex tgħaqqad il-Mediterran mal-bqija tal-Ewropa u lill’hinn.
Galea żied jgħid li hemm pjan li l-Air Malta ġġorr mal-10,000 passiġġier bejn iż-żewġt pajjiżi.